top of page

Dwar l-artist

 

Julian Spiteri twieled fit-22 ta' Awwissu, 1995 u trabba fir-raħal tal-Gudja. Wara l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Subien f'Ħal Kirkop, kompla bl-edukazzjoni postsekondarja tiegħu fil-Junior College fejn studja l-Matematika u l-Fiżika. Fit-transizzjoni ta' bejn l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja beda l-istudji tiegħu fil-mużika. Studja l-pjanu fejn għadu sal-lum il-ġurnata jitgħallmu. Fil-ftit ħin liberu li jkollu apparti l-pjanu, iħobb jiġbed xi erba' ritratti u wara jeditjahom. Jattendi wkoll fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (Museum). Idoqq regolarment fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja nhar ta' Ħadd u għandu esperjenzi oħrajn fejn ġieli kien jifforma parti minn 'band' fl-iskola u anke fil-Museum.

bottom of page